Ħabib ġdid jingħaqad ma’ McGregor il-gym

Conor McGregor għandu sieħeb ġdid li ingħaqad miegħu għat-training fil-gym. McGregor ħa ritratti ma’ kelb li mar miegħu l-gym waqt wieħed mis-sezzjonijiet ta’ training li qed jagħmel biex ikun jista’ jirritorna għall-UFC.

L-Irlandiż qed jipprepara biex jerġa’ lura għall-octagon is-sena dieħla. L-aħħar li ħa sehem kien meta tilef kontra Khabib Nurmagomedov f’Ottubru li għadda.

Il-president tal-UFC Dana White kixfet li McGregor li għandu 31 sena qiegħed jipprepara biex jirritorna fl-2020 wara li kellu injury f’idu x-xellugija.