Habemus Papam: suċċess għal The Two Popes

Anthony Hopkins u Jonathan Pryce bħala ż-żewġ Papiet

Fuq Netflix f’dan it-tmiem il-ġimgħa beda jintwera l-fim The Two Popes bl-atturi Anthony Hopkins u Jonathan Pryce fil-partijiet ta’ Papa Benedittu u l-Kardinal Bergoglio, illum Papa Franġisku.

Dan il-film, apparti li beda fuq Netflix, intwera wkoll f’xi swali taċ-ċinema, dan apparti l-kritika mill-aqwa li dan il-film kiseb wara li tnieda fit-Telluride Film Festival.

Fl-ewwel weekend li dan il-film ħareġ, hu kkalkulat li daħħal madwar $32,000 minn erba’ teatri taċ-ċinema u sal-ħames jum tiegħu kien daħħal madwar $48,000. Sat-tieni weekend dan il-film kien daħħal $50,000 minn 19-il teatru taċ0ċinema u sat-tielet weekend kien daħħal $200,000.

Il-produzzjonijiet ta’ Netflix mhux soltu li jinħarġu fiċ-ċinemas iżda qed ikun hemm eċċezzjonijiet fuq xi films li jinħarġu f’teatri magħżula apposta.

S’issa dan il-film daħħal $365,000 iżda l-emfażi issa hija fuq kemm nies se jkunu qed jarawh fuq il-pjattaforma ta’ Netflix u milli jidher dan il-film qiegħed jintlaqa’ tajjeb. Il-film intwera wkoll fil-belt tal-Vatikan u għal dan il-wiri kien hemm l-attur Jonathan Pryce flimkien ma’ bosta Kardinali u saċerdoti. Mhux amgħruf jekk Papa Franġisku rax dan il-film.

Ir-rakkont immaġunarju dwar laqgħa bejn Papa Benedittu u l-Kardinal Bergoglio li wara kein is-suċċessur tiegħu u llum huwa Papa Franġisku, hu rakkont ħelu li jnissel tbissima b’Anthony Hopkins, li snin ilu kien interpreta lil Hanibal Lectar fil-film Silence of the Lambs, hawnhekk jingħaqad mal-attur veteran Jonathan Pryce u l-interpretazzjon tagħhom taż-żewġ papiet.

The Two Popes huwa wkoll nominat għal erba’ unuri waqt is-77 edizzjoni tal-Golden Globe Awards fil-kategoriji ta’ Best Motion Picture – Drama, Best Screenplay, L-Aqwa Attur (Jonathan Pryce) u Best Supporting Actor (Anthony Hopkins).

U jekk dan il-film għadkom ma rajtux, kunu afu li anki l-mużika tal-ABBA