Ħabat bil-karozza f’ħajt tas-sejjieħ

Raġel ta’ 40 sena ttieħed l-isptar Mater Dei wara li ħabat fi Triq tal-Ġebel, limiti ta’ Birżebbuġa. Jidher li għal xi raġuni r-raġel ħabat bil-vettura tiegħu f’ħajt tas-sejjieħ mal-ġenb tat-triq. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.10am.

Kelliem għall-Pulizija indika li l-inċident seħħ minħabba saħħet is-sewwieq.

Il-kundizzjoni tar-raġel mhix magħrufa minħabba li ħareġ mill-isptar qabel ma ġie ċċertifikat minn tabib.