Filmat: “Ħa nagħmel ħilti biex illejla nagħmilkom kburin” – Destiny

Destiny Chukunyere bħalissa qed tipprepara biex fi ftit minuti titlaq lejn is-sala fejn illejla se jsir il-Junior Eurovision Song Contest.
Ftit ħin eżatt qabel illejla titla’ fuq il-palk tal-Junior Eurovision Song Contest, f’kummenti esklussivi ma’ Newsbook.com.mt Destiny sellmet lill-Maltin u lill-Għawdxin u wegħdithom li se tagħmel minn kollox biex llejla tagħmilna kburin.  Irringrazzjat ukoll lil kulħadd għax fi kliemha qed tħoss l-appoġġ kbir tal-poplu Malti.
F’kummenti ma’ dan is-sit, id-delegazzjoni Maltija fakkret ukoll lill-poplu Malti biex kemm jista’ jħeġġeġ lill-ħbieb li ma jgħixux f’Malta biex illejla jivvutaw għall-kanzunetta ta’ Destiny Not My Soul li se titkanta l-ħmistax-il kanzunetta.
Fil-filmat ukoll tista' tara dak li qed jiġri wara l-kwinti llejla ftit ħin qabel tibda s-serata tant mistennija mit-tfal u l-adolexxenti fl-Ewropa u lil hinn.
Newsbook.com.mt illejla se jżommok aġġornat bl-aħħar aħbarijiet dwar il-festival u dwar ir-riżultati tat-13-il edizzjoni tal-Junior Eurovision.