Gżira United isellmu lil Tyrone Demanuele

Tyrone Demanuele li kien l-eks uffiċjal ta’ Gżira Utd tilef ħajtu. Demanuele ta kontribut kbir fil-qasam tal-amministrazzjoni tal-futbol u kien strumentali fl-istrutturi tal-MFA.

Dawk kolla li għandhom x’jaqsmu fl-isport Malti, b’mod partikolari mal-futbol huma f’luttu għat-telfa tal-eks uffiċjal ta’ Gżira. Il-President ta’ Gżira United flimkien mall-kumitat, l-istaff tekniku, l-plejers u s-sapporters sellmu t-telfa ta’ Demanuele. Il-klabb qal li huwa serva f’kull pożizzjoni tal-kumitat tal-klabb u meta ma kompliex iservi fill-klabb, baqa’ leali lejn l-istess klabb.

Gzira United Football Club jitlef wiehed min uliedu. Il-President, flimkien mall-Kumitat, staff tekniku,players u…

Posted by Gzira United F.C. on Tuesday, March 10, 2020

Il-klabb avża li sa nhar is-Sibt li ġej se jkun qed josserva jiem ta’ luttu.

L-isport Malti, partikolarment il-football, illum jinsab f'luttu għall-mewt tal-ex uffiċjal ta' Gzira Utd Tyrone…

Posted by Adrian Delia on Tuesday, March 10, 2020