Gżira Athleta rebbieħa tal-kampjonat tal-basketball

Gżira Athleta huma r-rebbieħa tal-ewwel diviżjoni tal-kampjonat BOV Basketball. Huma assiguraw it-tirlu hekk kif lagħbu l-playoffs u rebħu l-ewwel tliet logħbiet minn ħamsa bl-iskor totali ta’ 93-88 kontra l-Ħibs.

Wara l-logħba, it-tim tal-Gżira kienu ppreżentati bit-trofew mill-Uffiċjali tal-Bank of Valletta Anthony Scicluna u l-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball Paul Sultana.

Vincent Pace intagħżel bħala l-aktar plejer ta’ valur fis-serje finali u rċieva plakka kommemorattiva tal-BOV Basketball Final MVP. Huwa rebaħ ukoll il-Premju BOV tal-ewwel diviżjoni għal dan ix-xahar. Rebħu wkoll premju, Samantha Brincat mit-tim tal-basketball tal-Ħibs u Nicolo Guida mit-tim ta’ Gżira.