Gżira Athleta rebbieħa tal-BOV Basketball Amateur League

Gżira Athleta kisbu t-titlu ta’ rebbieħa tal-BOV Basketball Amateur League, wara li rebħu kontra Depiro 3-0 fil-finali tal-playoffs għat-titlu.
Depiro ħadmu tajjeb sal-half time, iżda l-paġna inqalbet meta fit-tielet kwart tal-logħoba, Athleta spiċċaw bi tmien punti ‘l fuq. Athleta mantnew is-suċċess tagħhom sal-aħħar tal-logħoba u rebħu b’89-75 punt
L-Uffiċċjal tal-Bank of Valletta, Peter Perotti, u s-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Baskitbal, Joseph Muscat,ippreżentaw trofew lir-rebbieħa.