Gżira Athleta jirbħu l-league tal-basketball fil-livell amateur

Gżira Athleta huma r-rebbieħa tal-BOV Basketball Amateur League. Huma rebħu dan it-titlu għat-tielet darba konsekuttiva u l-ħames darba fl-Istorja tagħhom.

Fil-ħames logħba finali u deċiżiva tagħhom, Athleta ħarġu ddixxiplinati u għalqu l-ewwel sezzjoni bl-iskor ta’ 24 għal 12. Huma żammew ir-rittmu tul il-partita kollha u rebħu l-logħba 91 punt għal 52.

Matthew Gouder irnexxielu jikseb 30 punt għal Athleta filwaqt li Nathan Xuereb kien ferm qrib hekk kif irnexxielu jagħmel 27 punt.  Gouder kien ukoll ippremjat bħala l-aktar plejer ta’ valur fil-logħba tal-finali u ġie mogħti tifkira ta’ dan. Ir-rappreżentant ta’ BOV Charles Azzopardi ppreżenta t-trofew tal-BOV Amateur League lill-Captain tat-tim Joshua Aquilina.