Gym fil-beraħ għall-Qrendin

Ġie inawgurat gym pubbliku fil-miftuħ fi Ġnien Dama Cecili Pick fil-Qrendi. Il-gym sar bl-għan li jgħin fl-isfida nazzjonali kontra l-obeżità f’Malta u bil-ħsieb li l-pubbliku jkun jista’ jagħmlu l-eżerċizzju f’post sigur u seren.

Il-gym ġie inawgurat mill-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima u s-Sindku tal-Qrendi David Schembri.

Waqt l-inawgurazzjoni tal-gym fil-Ġnien, il-Ministru Bonnici qal li għandna nagħtu importanza lill-postijiet pubbliċi u spazji rikreattivi fejn tfal u familji jkunu jistgħu jistrieħu u fl-istess ħin jissoċjalizzaw ma’ sħabhom.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima semma li dawn it-tip ta’ proġetti għalkemm jistgħu jidhru żgħar, għandhom sinifikat importanti ħafna għax fiċ-ċentru tagħhom hemm l-iżvilupp sħiħ tat-tfal.