GWU: Il-poplu diġà ħallas ħafna taxxi għal Mater Dei

Il-General Workers’ Union tikkundanna l-iskandlu tal-konkos fil-bini tal-Isptar Mater Dei.
L-unjin tħeġġeġ lill-awtoritajiet biex kull min hu responsabbli, kemm kriminalment kif ukoll politikament, iħallas għal għemilu u jinżamm personalment responsabbli għall-ispejjeż kollha dovuti.
Fi stqarrija, l-unjin stqarret li mhux sew li jsiru miżuri oħra fuq il-poplu u jkollu jkun hu li jerfa’ l-ispejjeż ta’ manutenzjoni u rinfurzar li se jkollhom isiru biex jissaħħu l-istrutturi tal-isptar Mater Dei.
Il-GWU saħqet li l-poplu diġà ħallas iktar milli jmissu mit-taxxi tiegħu biex jinbena sptar, li ġie jiswa €600 miljun, ċifra li hi aktar minn kemm kien maħsub oriġinarjament.
Esprimiet is-solidarjetà tagħha mal-ħaddiema u l-pazjenti, li f’dawn l-aħħar xhur kellhom jesperjenzaw inkonvenjenzi marbuta mal-bini ta’ estensjoni tad-dipartiment tal-emerġenza.