Gwidi jingħataw taħriġ dwar postijiet fejn inġibdu l-films

42 gwida liċenzjata ngħataw taħriġ speċifiku dwar fenomenu ġdid li qed jinteressa bosta turisti – il-fatt li Malta ntużat biex fiha nġibdu films jew serje televiżivi li mbagħad jiksbu ċertu popolarità.
L-istorja ta’ Malta marbuta mal-ġbid tal-films tmur lura iktar minn 90 sena, bl-ewwel film jinġibed fl-1925.
Il-kors ta’ 10 sigħat, b’sessjonijiet teoretiċi u oħrajn prattiċi, sar mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu flimkien mal-Kummissjoni Maltija tal-Films u mal-unjin tal-gwidi u kkordinat minn professjonista internazzjonali għat-taħriġ tal-gwidi, Patricia Flores Martin.
Fi tmiem il-kors il-gwidi ngħataw ċertifikat.