“Gwerra ta’ kliem” mistennija għas-Summit tal-G7

Mistennija taħditiet diffiċli fis-Summit tal-G7 fil-Kanada, bejn il-President Amerikan Donald Trump u l-membri l-oħrajn tal-G7.
Qed jingħad li se jkun hemm  ‘gwerra ta’ kliem’ bir-raġuni ewlenija tkun it-tariffi fuq il-kummerċ li ddaħħlu mill-Amministrazzjoni Amerikana.
Suġġetti kontroversjali oħrajn huma l-ftehim nukleari Iranjan u t-tibdil fil-klima.
Il-membri tal-G7 huma l-Kanada, l-Istati Uniti, ir-Renju Unit, Franza, l-Italja, il-Ġappun u l-Ġermanja.