Gwerra ġdida u siekta fil-Mediterran – L’Osservatore Romano

Skont il-ġurnal tas-Santa Sede L’Osservatore Romano, fil-baħar Mediterran qed issir gwerra ġdida u siekta, jiġifieri dik tal-immigrazzjoni. 
L’Osservatore Romano enfasizza li “n-numri tal-persuni mejta fil-Mediterran huma daqs dawk li mietu f’xi gwerra”.
Il-ġurnal tal-Vatikan kien qed jikkummenta fuq it-traġedja ta’ jumejn ilu, meta fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd mietu 18-il persuna u ttellgħu mill-baħar 120 mil fin-nofsinhar ta’ Lampedusa.
Is-Sibt li għadda barra l-kosta Libjana għerqu 200 persuna.  L-aħħar traġedja saret matul il-lejl li għadda meta sa issa hu kkalkulat li mietu 24 persuna oħra.
Il-ġurnal fakkar li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd, ġew salvati mill-għarqa ċerta kważi 4,000 persuna.