Gwen tgħin lil Puttinu

Read in English.

Matul il-perjodu tal-lockdown minħabba l-COVID-19, iċ-ċkejkna Gwen Gravina ħadet l-inizjattiva li permezz tal-paġna tagħha fuq Facebook Gwen’s Cooking Club, ta’ kuljum bdiet tippreżenta lis-segwaċi tagħha riċetta.

Issa li l-perjodu tal-lockdown spiċċa, Gwen nediet inizjattiva oħra, dik li ppublikat krtieb, li l-iskop tiegħu huwa li tgħin lil Puttinu Cares. Filfatt ewro mill-bejgħ ta’ kull ktieb se jmur b’donazzjoni lil din l-għaqda bil-għan li jiġbru aktar fondi biex tkun tista’ tingħata għajnuna lil bosta persuni li jkunu qed jingħtaw trattament għall-kanċer barra minn xtutna.

Min hu interessat li jakkwista dan il-ktieb għandu jidħol fil-paġna ta’ Gwen’s Cooking Club u jibgħat messaġġ privat.

Intant illejla, bejn is-6pm u s-7pm, Gwen se tkun qed tiffirma l-kotba tagħha lil dawk li jakkwistawh u jżur l-ħanut tal-Maypole f’San Bastjan, f’Ħal-Qormi.

Biex tkun aġġornat f’liema ħwienet u lokalitajiet Gwen se tkun qed tiffirma l-kotba tagħha fil-ġranet li ġejjien, wieħed għandu dejjem jiċċekja l-paġna uffiċjali ta’ Gwen.