Gwardjani lokali se jbiddlu isimhom

Il-gwardjani lokali se jibdew jissejħu “Uffiċjali tal-Komunità”.
Dan qalu l-Ministru responsabbli mill-Gvern Lokali Owen Bonniċi fil-Parlament waqt diskussjoni li segwiet mistoqsija supplimentari tad-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis.
Bonniċi spjega li l-bidla fl-isem tirrifletti l-mira tal-Gvern li l-gwardjani lokali ma għandhomx ikunu biss dawk li jwaħħlu l-multi, iżda uffiċċjali b’diversi rwoli fil-komunità li jvarjaw minn rwoli edukattivi għal għoti ta’ direzzjoni tat-traffiku.