Gwardjan t’Auschwitz jappella mis-sentenza

Oskar Greoning, ta’ 95 sena li kien ex-gwardjan fiż-żmien tal-Auschwitz, appella kontra sentenza ta’ erba’ snin ħabs.
Il-kundanna tiegħu ġiet milqugħa mill-qorti federali tal-Ġermanja.
Huwa kien xhud ta’ numru ta’ mwiet imma qatt ma ħa sehem fihom.
Efraim Zuroff stqarr li din hija bidla drammatika fl-politika tal-persekuzzjoni Ġermaniża.
Għal għexieren ta' snin, eluf ta' ex-Nażisti li ħadu sehem fl-Olokawst ħelsu din il-kundanna.
L-imħallef Franz Kompish qal li Groening kien parti minn numru ta’ mwiet u kellu sehem importanti fit-tmexxija tal-kamp u biex jiġbor numru ta’ flus li ġew misruqin mill-vittmi biex jingħataw lil Nażisti.