​Gwardjan lokali l-isptar wara inċident f’Ħal Qormi

Gwardjan lokali ta’ 28 sena minn Ħal Qormi weġġa’ ħafif f’inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3pm fi Triq Ħal Luqa, bejn il-mutur li kien qed isuq il-gwardjan u karozza misjuqa minn raġel ta’ 40 sena minn Ħal Qormi wkoll.
Il-mutur u l-karozza kienu qed jinstaqu fl-istess direzzjoni.
Il-gwardjan ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.