​Gwardjan iweġġa’ bil-mutur fil-Mellieħa

Gwardjan lokali ta’ 59 sena minn San Pawl il-Baħar, qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur fil-Mellieħa.
Il-gwardjan tilef il-kontroll tal-mutur waqt li kien qed isuq fi Triq il-Kbira.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9 ta’ dalgħodu.
It-triq kellha tingħalaq għat-traffiku għal xi ħin. 

Ritratt: Arkivji