“Ġwanni Pawlu II: Papa kbir li tana l-ewwel tliet Beati” – L-Isqof Scicluna

L-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali ta’ Malta Mons. Charles J. Scicluna ddeskriva l-aħbar tal-kanonizzazzjoni tal-Beati Ġwanni Pawlu II u Ġwanni XXIII, bħala aħbar ta’ ferħ kbir.

Huwa sostna li “dawn iż-żewġ Papiet urew lid-dinja l-wiċċ sabiħ tar-Ragħaj it-Tajjeb.”

Dwar Ġwanni XXIII, l-Isqof Scicluna qal li “kien magħruf bħala l-'Papa Buono' u li tana rigal sabiħ meta ddeċieda li jinawgura l-Konċilju Vatikan it-Tieni.

“Ġwanni Pawlu II kien Papa kbir li żar lil Malta darbtejn u tana l-ewwel tliet Beati”, qal Mons. Scicluna.

Sostna li l-jum tal-kanonizzazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Qaddisin kbar se jkun jum mill-isbaħ.