“Gvern vittma tas-suċċess tiegħu” – 2,200 jistennew jidħlu f’djar tal-anzjani

L-għadd ta' anzjani li qegħdin fil-waiting-list jistennew biex jidħlu fid-djar tal-Gvern huwa ta' 2,200.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis argumenta fil-Parlament li l-Gvern spiċċa vittma tas-suċċess tiegħu hekk kif aktar persuni qed japplikaw biex jidħlu fid-djar tal-anzjani minħabba s-servizz eċċellenti li qed jingħata. 
Hu qal li r-Residenza San Vinċenz de Paule qed titħalla biex tingħata kura intensiva minħabba li huwa irħas li l-anzjani jitpoġġew fid-djar fejn tingħata inqas kura medika.
Meta kien qed iwieġeb mistoqsija supplementari tad-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, Agius Decelis qal li llum l-għadd ta’ persuni li jbatu mid-dimensja f'Malta hu ta’ madwar 6,000 ruħ.