Il-Gvern u l-Electrogas kellhom ħafna x’jitilfu kieku baqgħet ħajja – iben Daphne

DCG Matthew Caruana Galizia
Matthew Caruana Galizia / Facebook

Read in English.

L-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia waqqafha milli tagħmel revelazzjonijiet li kienu jisfaxxaw il-proġett tal-ElectroGas u jikkawżaw konsegwenzi serji għall-gvern, fakkar binha Matthew.

Jum wara li ħareġ fil-Qorti li Yorgen Fenech – li kien Kap Eżekuttiv ta’ Tumas Group li hu parti mill-konsorzju Electrogas u li jinsab akkużat b’kompliċità tal-qtil – kien qal lill-pulizija li Keith Schembri kien involut fl-assassinju t’ommu, Caruana Galizia staqsa x’motiv aktar seta’ jkollhom in-nies biex jagħmlu qtil.

4 September 2017: BOV notifies government of Malta that Electrogas is bankrupt. It's already burned through €600,000,000…

Posted by Matthew Caruana Galizia on Friday, August 28, 2020

Hu fakkar li fl-4 ta’ Settembru 2017, ftit aktar minn xahar qabel l-assassinju, il-Bank of Valletta informa lill-Gvern li l-Electrogas kienet falluta.

Però fil-15 ta’ Diċembru tal-istess sena, Fenech u l-eks ministru Konrad Mizzi ffirmaw ftehim fuq is-sigurtà tal-provvista, li biha l-Electrogas tipprovdi l-gass għall-ġenerazzjoni tal-elettriku f’Malta. Bis-saħħa ta’ dan il-ftehim, li jrendi miljuni kbar lill-ElectroGas, banek internazzjonali jestendu s-self lill-konsorzju.

Għalhekk, Caruana Galizia fakkar li jekk ommu:

  • Ippublikat il-leak tal-ElectroGas, li konna qed naħdmu fuqha
  • Kixfet li 17 Black kienet ta’ direttur tal-ElectroGas, li wiegħdet li xxaħħam il-Ministru tal-Enerġija

Kieku:

  • L-ElectroGas kienet tfalli t-test tal-konformità tal-banek
  • Il-kumpanija kienet tiġi llikwidata
  • Id-dejn ta’ €600 miljun kien iwassal għall-kollass tal-credit rating tal-gvern, peress li l-gvern kien garanzija tas-self
  • Il-gvern ma kienx jirnexxielu jħallas id-djun tiegħu hekk kif l-interessi jitilgħu ‘il fuq, u jispiċċa ridott bħall-Arġentina, mingħajr power station.

 “X’motiv aktar seta’ kellhom in-nies involuti biex jikkommettu qtil?” staqsa Caruana Galizia.