Gvern Soċjalista għal Spanja; imexxi Pedro Sanchez

Is-soċjalista Pedro Sanchez ġie elett bħala l-Prim Ministru l-ġdid ta’ Spanja wara li l-Prim Ministru ta’ qablu, Mariano Rajoy mill-Partit Popolari nstab li kellu membri tal-partit tiegħu involuti f’korruzzjonijiet kbar.
Sanchez se jkun is-seba’ Prim Ministru għal Spanja minn meta reġgħet lura għad-demokrazija lura fl-1970 wara l-perjodu meta kien imexxi d-dittatur Francisco Franco.
Sanchez rebaħ il-mozzjoni ta’ sfiduċja f’Rajoy b’180 vot favur, 169 kontra u astensjoni.
Il-President tal-Partit tas-Soċjalisti Ewropej (PES), Sergei Stanishev, laqa’ lil Sanchez u qal li jinsab ċert li se jkun qed jaħdem sabiex iwaqqaf l-awsterità f’livell Ewropew.
Ritratt: Reuters