Gvern se jirrifondi l-kera mgħollija matul din is-sena

Il-Ministru għas-Sigurtà Soċjali qal fil-Parlament li inkwilini ta’ propjetà tal-Gvern se jkunu qed jiġu rifużi, iktar tard din is-sena, ż-żida fil-kera li ħallsu wara li din kienet mgħollija fis-snin li għaddew.
Huwa qal dan fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonniċi.
Huwa qal li ż-żidiet kienu ddaħħlu skont liġi tal-2010, għal liema stqarrija, Mifsud Bonniċi fakkret li ż-żidiet iddaħħlu mill-Gvern preżenti.