Gvern juża d-dniefel biex isalva speċi rari

Il-Gvern Messikan se juża d-dniefel sabiex isalva l-aktar speċi tal-baħar li tinsab f’periklu li tispiċċa fid-dinja, il-vaquita porpoise.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li d-dniefel ġew imħarrġa mill-flotta tal-Istati Uniti bil-għan li jsibu din l-ispeċi
Spjega li d-dniefel se jintbagħtu fi gruppi fil-bidu ta’ Settembru.
Sabiex jipprova jsalva din l-ispeċi rari l-Gvern żamm il-permessi għall-użu tax-xbieki tas-sajd.
Xjenitisti jaħsbu li fid-dinja fadal biss 40 vaquita porpoise.