Ġuvni u tfajla arrestati f’Bormla; kellhom pakketti tad-droga

Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta

Read in English.

Ġuvni u tfajla ġew arrestati f’Bormla f’ħidma mill-Pulizija kontra t-traffikar u pussess tad-droga.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li wara jiem ta’ osservazzjoni, l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga arrestat ġuvni ta’ 29 sena u tfajla ta’ 28 sena, li dehru jaġixxu b’mod suspettuż waqt li kienu f’vettura.

Il-Pulizija avviċinaw liż-żewġ persuni u saret tfittxija fuqhom u fil-vettura fejn instabu diversi pakketti b’sustanza suspettata droga kokaina, eroina u crack.

Dwar il-każ infetħet Inkjesta Maġisterjali, immexxija minn Dr M Farrugia li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta Maġisterjali.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.