Ġuvni ta’ 18-il sena jweġġa’ gravi waqt argument fil-Gżira

Pulizija
Miguela Xuereb

Ġuvni ta’ 18-il sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’argument fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.

Il-ġlieda seħħet ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta 11:30 pm.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ argument bejn ġuvni ta’ 18-il sena li jgħix l-Isla u raġel ieħor ta’ 26 sena li jgħix l-Imsida.

Waqt dan l-argument allegatament intużat sikkina.

Il-ġuvni mar il-Poliknika tal-Furjana u ġie iċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.

Dwar dan il-każ ir-raġel ta’ 26 sena qed jinżamm mill-Pulizija għal aktar stħarriġ.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn