Ġuvni l-isptar wara daqqiet ta’ sikkina

Ġuvni ta’ 28 sena, residenti Ħaż-Żabbar, ittieħed l-isptar Mater Dei wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina f’Wied il-Għajn.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-17:00 fi Triq il-Miklem Malti.
Huwa mifhum li l-vittma huwa Ivan Farrugia u l-agressur, li għandu 19-il sena ħarab minn fuq il-post fejn seħħ l-argument. 
Il-Pulizija qed tfittex lill-agressur, li hu minn Wied il-Għajn stess, fl-inħawi tal-Ħamrun.
Il-vittma sofra minn grieħi f’ġembu iżda ma jirriżultax li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Ritratt: Malta Police Force