Ġuvni jsuq għal fuq mutur tal-pulizija fil-Ħamrun; jarrestawh

Ġuvni ġie arrestat wara li saq għal fuq mutur tal-pulizija fil-Ħamrun.

Kelliem għall-pulizija kkonferma li żagħżugħ ta’ 24 sena minn Ħal Tarxien ipprova jsuq għal fuq mutur tal-pulizija tat-traffiku fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun fit-3.15pm.

Il-pulizija kien qed jipprova jwaqqaf liż-żagħżugħ, iżda dan irrifjuta li kkopera, u minflok, saq għal fuq l-uffiċjal, u qaleb il-mutur li dan kien riekeb fuqu. Minkejja li ma weġġa’ ħadd, dan iż-żagħżugħ ġie arrestat minħabba l-aġir tiegħu.

Parti mit-triq ingħalqet għat-traffiku.