Ġuvni jsofri ġrieħi ħfief meta karozza tal-linja ħadet in-nar

Ġuvni ta’ sittax -il sena sofra ġrieħi ħfief meta karozza tal-linja tal-kumpanija Arriva ħadet in-nar għall-ħabta tal-ħamsa w’ kwart tat-Tlieta wara nofsinhar fi Triq Alfred Cachia fiż-Żejtun.

Jidher li l-ġuvni ttieħed l-isptar Mater Dei mill-ġenituri tiegħu. Hu mifhum li n-nar beda’ mill-kompartament tal-magna li tinsab fuq wara tal-karozza tal-linja. In-nirien kienu kkontrollati mill-membri tal-protezzjoni ċivili.