Żagħżugħ jittajjar minn tal-linja f’B’Kara

Żagħżugħ ta' 22 sena minn Birkirkara ttajjar minn karozza tal-linja fi Triq Mannarino, Birkirkara. Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei għall-ġrieħi li sofra f'rasu.
Il-karozza tal-linja kienet qed tinstaq minn raġel ta' 34 sena u huwa residenti l-Mosta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.30 ta' waranofsinhar u kawża ta' hekk kellha tingħalaq parti minn Triq il-Wied f'Birkirkara.
Iż-żagħżugħ mhuwiex fil-periklu tal-mewt.