Aġġornata: Ġuvni sofra ġrieħi ta’ natura gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Tarxien

Ġuvni ta’ 20 sena residenti f’Raħal il-Ġdid sofra ġrieħi ta’ natura gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku. Kmieni dalgħodu l-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vettura tal-ġuvni għal xi raġuni kellha impatt ma’ vettura oħra. Il-ġuvni ttieħed l-Isptar Mater Dei għal kura medika. Il-vettura l-oħra kienet qed tiġi misjuqa minn raġel ta’ 47 sena residenti Birkirkara.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.