Ġuvni fil-periklu tal-mewt wara li kważi għereq

Read in English.

Ġuvni ta’ 19-il sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kważi għereq f’bajja viċin Triq Dawret il-Gżejjer, San Pawl il-Baħar.

Stqarrija mingħand il-Pulizija spjegat li l-ġuvni, mir-Rumanija iżda residenti l-Qawra, sab ruħu f’diffikultà sakemm kien qed jgħum. Il-Pulizija ġiet infurmata bil-każ għall-ħabta tas-6.15pm.

Huwa ttella’ l-art u ngħata l-ewwel għajnuna minn xi nies li kien hemm fuq il-bajja. Ambulanza ssejjħet fuq il-post u ħadet lill-ġuvni l-Isptar Mater Dei, fejn wara ġie ċċertifika li qed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.