Ġuvni akkużat bi vjolenza fuq Pulizija

Andrew Fenech ta' 19-il sena minn Tas-Sliema, tressaq quddiem il-Qorti akkużat li ħebb, weġġa' ħafif u rreżista Kuntistabbli tal-Pulizija.

Huwa kien mixli wkoll li kiser il-paċi pubblika u li ma obdiex l-ordinijiet mogħtija lilu mill-Pulizija.

Fenech wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontra tiegħu u ġie meħlus mill-arrest fuq depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €2000.

Il-Qorti ordnat ukoll li ma jistax joħroġ matul il-lejl u li jrid jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija darba fil-ġimgħa.