Ġuvintur jippruvaw jisirqu minn nursery tal-futbol

Dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa, żewġ ġuvintur inqabdu jisgassaw bieb ta’ nursery tal-futbol li tinsab fi Triq il-Kampanella f’San Ġwann.

Huma ntlemħu jippruvaw jiftħu l-bieb minn persuna li kienet fl-akwati u li minnufih informat lill-Pulizija.

Iż-żewġ ġuvintur li huma minorenni, kienu mgħammda u telqu jiġru mal-wasla tal-Pulizija fuq il-post.

Fuq il-bieb tan-nursery kien hemm sinjali ta’ attentat ta’ sgass u nstabu turnavit u żewġ roti.

Il-Pulizija qabdu lill-ġuvintur ftit wara fi Triq ir-Rand f’San Ġwann stess.