Gutierrez maħruġ mill-kompetizzjoni: jiżen 5kg aktar mil-limitu

Andres Gutierrez inħareġ mill-kompetizzjoni tas-super-featherweight world title eliminator kontra l-Messikan Oscar Valdez wara li ntiżen kważi 5kg aktar mil-limitu.

L-Amerikan Adam Lopez ħa post Gutierres li kien jiżen aktar minn 63kg.

Il-promotur Bob Arum qal li se jitfgħuh ‘l barra mil-lukanda. Stqarr li qatt ma ra l-ħadd iżid fil-piż b’dak l-ammont. Hu qal li dak li ġara ma kienx professjonali min-naħa tal-atleta.

Il-każ mistenni jkun investigat biex isiru magħrufa x’ikkawża dan.