​Ġustizzjati għall-mewt 47 persuna fl-Arabja Sawdija

47 persuna ġew ġustizzjati fl-Arabja Sawdija wara li ngħataw is-sentenza tal-mewt b’rabta ma’ terroriżmu.
Fost dawk sentenzjati għall-mewt, kien hemm ukoll il-kjeriku Xiita Musulman Nimr al-Nimrits.
Il-Ministeru għall-Intern tal-pajjiż qal li l-parti l-kbira ta’ dawk li nqatlu, kienu involuti f’sensiela ta’ attakki mill-Al-Qeida bejn l-2003 u l-2006.
Il-Musulmani Xiiti fl-Iran diġà wissew lill-Arabja Sawdija li se jpattu qares għall-qtil ta’ Nimr.