Ġustizzja għal Daphne mingħajr interferenza politika – von der Leyen

Daphne-Caruana-Galizia-3-Years-Bidnija
Miguela Xuereb

Read in English.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen sellmet il-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia f’għeluq it-tielet anniversarju mill-assassinju tagħha.


Fi tweet, von der Leyen iddiskriviet lil Daphne bħala mara kuraġġjuża, omm u ġurnalista li tat ħajjitha għat-tfittix tal-veritá.

Il-quddiesa għal ruħ Daphne Caruana Galizia
Filmat: L-Arċisqof b’quddiesa għal ruħ Daphne Caruana Galizia

Hi qalet li l-ġustizzja trid issir permezz ta’ investigazzjoni kontinwa u inkjesta pubblika mingħajr interferenza politika.