Ġurnata ta’ attivitajiet għaż-żgħażagħ f’Għawdex

Jekk għandek bejn 8 u 13-il sena, titlifx l-opportunità li tmur Youths 4 Youths, attività b’xejn li se ssir nhar il-Ħamis, 13 ta’ Settembru 2018 bejn it-8 30am u t-3pm.

Din l-attività se tiġi organizzata mill-Fondazzjoni OASI b’kollaborazzjoni mal-HSBC u se tinkludi logħob, dawra bil-Calypso Train, waqfa l-Ġgantija u BBQ ġewwa ċ-Ċentru OASI, ir-Rabat.

Dawk kollha li huma interessati, jistgħu jibgħatu l-applikazzjoni sal-5 ta’ Settembru.

Għal iktar informazzjoni ċempel lill-Fondazzjoni OASI fuq 21563333.