Ġurnata speċjali għal “missier” Fra Mudest

Bħal-lum 77 sena ilu twieled Carmel Casha, magħruf fil-qasam letterarja bħala Charles Casha. Huwa twieled bħal-lum fil-21 ta’ Settembru tal-1943.

Matul is-snin Charles kiteb numru kbir ta’ kotba iżda bla dubju li wieħed mill-ikbar suċċessi tiegħu kien meta fl-1967 ħoloq il-karattru ta’ Fra Mudest. Dawn il-kotba baqgħu popolari sal-lum il-ġurnata, tant li qed jerġgħu jiġu ppublikati.

​Fl-2002, waqt il-Jum tal-Ilsien Malti, il-Kunsill, Għalliema u Studenti fl-Iskola Maria Goretti taw ġieħ lil Charles Casha.

Fl-2007 Charles Casha ngħata Ġieħ il-Marsa mill-Kunsill Lokali tal-Marsa għas-sehem tiegħu fil-letteratura Maltija filwaqt li fl-2013 huwa ngħata wkoll Ġieħ Ħaż-Żabbar mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar.

Ritratt: Jeremy Wonnacott / DOI

Fl-2014 Charles Casha ngħata apprezzament mill-Għaqda Storika Kulturali Marsa għall-ħidma fil-qasam tal-letteratura Maltija filwaqt li fl-2012 Casha ġie onorat bil-Midalja Għall-Qadi tar-Reppubblika.

Charles huwa miżżewweġ lil Mary nee’ Casingena u għandu tlett ulied, Stefania, Mark u Kristjana, li hija attriċi li fost oħrajn interpretat lil Ġiżimina fis-sensiela Ġiżelle. Charles u martu Mary huma wkoll nanniet.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.