Ġurnata qabel jiftaħ l-istaġun jinqabad jispara fuq għasfur protett

Kaċċatur, inqabad mill-Kumitat Kontra l-Qtil tal-Għasar (CABS), jispara tiri lejn għasfur protett viċin is-Salib tal-Għolja fis-Siġġiewi.
Fi stqarrija, CABS qalet li kaċċatur mhux magħruf (ara r-ritratt) kien iffilmjat jispara żewġ tiri lejn Hoopoe.
Il-kaċċatur jidher li ħareġ għall-kaċċa lbieraħ, ġurnata qabel infetaħ l-istaġun tal-kaċċa għall-gamiem u s-summien.
Kemm il-Pulizija, kif ukoll il-CABS qed jitolbu bil-pubbliku biex jekk xi ħadd jagħraf il-kaċċatur jgħaddi l-informazzjoni lill-Pulizija jew inkella jibgħat imejl fuq CABS@komitee.de