Ġurnata leave għall-għalliema f’April

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo ħabbar fil-Parlament li l-għalliema fl-iskejjel tal-Gvern se jingħataw ġurnata leave addizzjonali fil-5 ta’ April.
Spjega li dan biex jagħmel tajjeb għal ġurnata leave li ngħataw il-ħaddiema l-oħrajn, biex tibda titwettaq wegħda elettorali biex il-ħaddiema jingħataw ġurnata lura għal dawk il-festi li jaqgħu fil-weekend.
Il-Ministru Bartolo kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Clyde Puli.