Ġurnata kruċjali għat-Turkija

Illum ġurnata kruċjali fit-Turikija għal President Recep Erdoğan li qed jitfaċċa l-elettoral għat-tieni mandat tiegħu f’elezzjoni meqjusa bħala l-iktar waħda ħarxa fil-pajjiż f’numru ta’ snin.

Erdoğan fil-verita’ ilu fil-poter mill-2002 bħala il-Prim Ministru tat-Turkija u leħaq President fl-2014 wara emendi fil-kostitutzzjoni biex il-pajjiż jinbiddel f’ sistema presidentzjali. F’ referendum fis-2017, il-poplu Torok ivvotta favur emendi biex r-rwol ta’ Erdoğan isir eżekuttiv.

Ħafna analisti politiċi qed iqisu li jekk Erdoğan jegħleb li-rival tiegħu Muharrem İnce mill-partit repubblikan, is-saltna tad-dritt fil-pajjiż tiddgħajjef.

Fi Istanbul, ta’ l-inqas miljun ruħ jingħaqdu biex attendew għall-għeluq tal-kampanja elettorali ta’ İnce li stqarr li jekk jirbaħ Erdoğan, ‘il-konverżazzjonijiet privati tagħhom jibqgħu jinstemgħu waqt b’rebħa għalih, il-qorti jieħdu l-indipendenza tagħhom.

Min-naħa tiegħu Erdoğan akkuża lil İnce, għalliem u membru parlamentari għal 16 –il sena li m’għandux il-fibra ta’ mexxej.