Ġurnata ġdida għal Liquorish

Il-programm popolari Liquorish se tkun qed tinbidillu l-ġurnata għall-ħmistax li ġejjin. Dan minħabba fix-xandiriet diretti li se jkunu qed jitwasslu fuq l-istazzjon One.

Għalhekk il-programm Liquorish se jkun qed jimxi għall-jum tal-Erbgħa fl-10 u fis-17 ta’ Ġunju (minflok fit-8 u fil-15 ta’ Ġunju).

Dan it-tibdil mhux se jkun qed jaffettwa l-aġġornamenti ta’ kuljum li jitwasslu filgħodu u wara nofsinhar u lanqas se jaffettwa r-repetizzjoni ta’ nhar ta’ Ġimgħa li l-istazzjon One ixandar fid-8.45pm.