Ġurnata bla multi tal-coronavirus

Read in English.

Illum ma nqabad ħadd fi gruppi ta’ aktar minn tliet persuni jew jikser il-kwarantina obbligatorja.

Il-Gvern ħabbar dan fl-aġġornament tiegħu dwar il-coronavirus. Fl-aħħar 24 siegħa saru 613 spezzjoni għall-kwarantina.

Il-Gvern iċċara wkoll li lbieraħ in-numru ta’ nies li lbieraħ inqabdu fi gruppi ta’ 3 jew aktar kien ta’ 27 u mhux ta’ 43 kif ġie rrappurtat bi żball fil-bullettin tal-Gvern.

Erbgħa u għoxrin persuna, fosthom każ ta’ persuna li għandha iktar minn 80 sena, fiequ mill-COVID-19 fl-aħħar sigħat biex it-total ta’ dawk li ħelsu mill-virus tela’ għal 150.

Il-Gvern ħeġġeġ ukoll lin-nies biex jagħmlu l-eżerċizzju. Wieħed jista’ jingħaqad ma’ ŻfinMlta li qed tagħti lezzjonijiet virtwali tal-ballet lil dawk interessati. Il-lezzjonijiet qed isiru kull nhar ta’ Ħadd fis-6pm.

Jekk inti interessat, hi x’inhi l-età tiegħek, ibgħat email lil info@zfinmalta.org u bħala suġġett niżżel ‘Ballet class with ŻfinMalta’. Dak li jkun wara jirċievi stedina dwar x’għandu jagħmel biex jingħaqad mas-sessjoni virtwali.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn