Ġurnalisti ta’ Newsbook.com.mt finalisti fl-IĠM Awards

Ħames ġurnalisti ta’ Newsbook.com.mt huma finalisti fis-26 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards, organizzata mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM).
Fis-serata tal-bieraħ flgħaxija tħabbru l-finalisti, li issa għaddew għall-fażi finali li se tiġi organizzata fil-21 ta’ Mejju 2016.
Il-ħames ġurnalisti ta’ Newsbook.com.mt li huma finalisti huma Yendrick Cioffi, George Cremona, Martha Carabott, Graziella Ellul u Catherine Aquilina.
Il-finalisti magħżula huma dawn:
– Ġurnalizmu etiku u pożittiv relatat mad-diżabilita’ – Yendrick Cioffi u George Cremona, Veronica Stivala u Norma Saliba
– Ġurnaliżmu eletteroniku – Martha Carabott u Graziella Ellul, Catherine Aquilina, Nigel Mifsud
– Ġurnaliżmu fotografiku sport – Domenic Aquilina, Mark Zammit Cordina, Paul Zammit Cutajar
– Ġurnalizmu stampat ahbarijiet – Joe Micallef, Caroline Muscat, Victor Vella
– Ġurnaliżmu fotografiku – Roberto Runza, Mark Zammit Cordina, Darren Zammit Lupi
– Ġurnaliżmu dwar l-ivjaġġar – CVC Media, Keith Demicoli, Xarabank, Roberto Runza
– Ġurnaliżmu mxandar script televiżiv – Keith Demicoli, NET TV Newsroom, Nigel Mifsud
– Ġurnaliżmu mxandar script features – Ruth Castillo, Mario Frendo, Mario Xuereb, Xarabank
– Ġurnaliżmu mxandar filmat – Jan Mifsud, PBS Newsroom, Xarabank
– Ġurnalizmu radjufoniku – David Bonello, George Cremona, Andrew Azzopardi, Mario Xuereb
– Ġurnaliżmu kulturali mxandar – Ruth Amaira, CVC Media, Graziella Ellul
– Ġurnaliżmu kulturali stampat – Lino Bugeja, Noel D’Anastasi, Victor Vella, Veronica Stivala
– Ġurnaliżmu mxandar sport – Chris Micallef, Rodney Vassallo, Nigel Mifsud
– Artiklu ta’ opinjoni – Andrew Azzopardi, Cristina Chetcuti, Lino Bugeja
– Ġurnaliżmu dwar l-Ambjent – Alan Deidun, Keith Demicoli, Caroline Muscat