Ġurnalisti ma jitħallewx jidħlu fl-Azerbaijan jum biss qabel il-Logħob Ewropej

Il-Gvern tal-Azerbaijan mhux qed iħalli xi ġurnalisti u attivisti tad-drittijiet tal-bniedem jidħlu fil-pajjiż biex jirrapurtaw l-inawgurazzjoni tal-European Games li jibdew għada.
Aktar minn 6,000 atleta minn 50 pajjiż differenti se jkunu qed jieħdu sehem f’dawn il-logħob. Għal dan l-avveniment, il-President Ilham Aliyev nefaq biljuni biex ipoġġi l-pajjiżu fuq il-mappa tad-dinja.
Il-Gvern tal-Azerbaijan qed iħallas l-ispejjeż kollha tal-atleti u bena akkomodazzjonijiet apposta ta’ lussu.
Iżda skont għaqdiet tad-drittjiet tal-bniedem, il-lussu huwa biss maskla li jgħatti l-ħajja kiefra taħt il-Gvern ta’ Aliyev.