Ġurnalisti fl-2019: 250 arrestati u 50 maqtula – rapport

Read in English.

Għar-raba’ sena konsekuttiva, mill-inqas 250 ġurnalist madwar id-dinja ġew arrestati għal-ġurnliżmu investigattiv u ħamsin ora inqatlu. Dan ġie żvelat f’rapport mill-Kumitat għal-Ħarsien tal-Ġurnalisti (CPJ).

Fl-2018, il-kumitat kien sab li kien hemm madwar 255 ġurnalist miżmuma f’ċella. 

Iċ-Ċina, it-Turkija, l-Għarabja Sawdita u l-Eġittu jinsabu fil-quċċata tal-istatistika, bħala l-iktar pajjiżi li fihom il-ġurnalisti huma l-anqas ħielsa. Minn meta s-CPJ bdiet iżżomm rekord tal-ġurnalisti fil-ħabs fil-bidu tas-snin disgħin, din kienet l-ewwel sena li t-Turkija ma kklassifikatx fl-ewwel post.

Filwaqt li l-maġġoranza tal-arresti madwar id-dinja jiffaċċjaw akkużi anti-statali, in-numru akkużati “b’aħbarijiet foloz” tela’ għal 30 każ, meta mqabbel mat-28 tas-sena l-oħra.

50 maqtula fl-2019

Il-kumitat sab ukoll li fl-2019, 50 ġurnalist ġew maqtula.

Bejn l-1992 u l-2019, total ta’ 1906 ġurnalist ġew maqtula minħabba xogħolhom. Mill-assasinji kollha, il-motiv ta’ 71.51%  biss kienu ikkonfermati.

Bis-saħħa tal-monitoraġġ kontinwu, il-Kumitat għall-Ħarsien tal-Ġurnalisti kkontribwixxa għall-ħelsien bikri ta’ mill-inqas 80 ġurnalist il-ħabs f’diversi pajjiżi madwar id-dinja.

L-unika qtil li seħħ f’Malta li jinstab fuq is-sit huwa dak ta’ Daphne Caruana Galizia, li seħħ fis-16 t’Ottubru 2017.

Ir-rapport sħiħ jista’ jiġi aċċessat hawn.