Ġurnalisti barranin f’Malta biex jinvestigaw il-qtil ta’ Daphne

Bejn il-15 u s-17 t’Ottubru, grupp ta’ 5 NGOs se jkollhom missjoni komuni f’Malta biex jissapportjaw is-sena anniversarju mill-mewt tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia billi jinvestigaw il-qtil tagħha u jwettqu stħarriġ fuq il-qagħda tal-libertà tal-kelma f’Malta.

Dawn l-NGOs tal-libertà tal-istampa u l-libertà tal-kelma talbu li jkollhom laqgħat ma’ uffiċjali governattivi, inkluż mal-Prim Ministru Joseph Muscat, u numru ta’ msieħba fis-soċjetà ċivili.

Fi tmiem it-tiftix tagħhom, għandhom jippubblikaw konklużjoni li tiġi ppreżentata f’konferenza stampa fis-17 t’Ottubru fid-9am.

L-għaqdiet li huma parteċipi f’din l-inizjattiva huma Reporters Without Borders, the Committee to Protect Journalists, the European Centre for Press and Media Freedom, the International Press Institute, u PEN International.