Ġurnalista Ġermaniża tinqatel fl-Afganistan

Fl-Afganistan, raġel liebes ta’ pulizija spara tiri lejn żewġ ġurnalisti barranin. Ġurnalista minn dawn tilfet ħajjitha ftit wara li ntlaqtet minn tiri, filwaqt li l-ġurnalista l-oħra tinsab midruba serjament. Iż-żewġ ġurnalisti kienu qedin f’villaġġ remot qrib il-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.
Skont aġenzija tal-aħbarijiet Ġermaniża, iż-żewġ ġurnalisti kienu ta’ nazzjonalita’ Ġermaniża u Kanadiża.  Kathy Gannon, li tinsab f’kundizzjoni kritika, intlaqtet b’tir ta’ arma tan-nar f’rasha.