Ġurnalist tal-Al-Jazeera arrestat fil-Ġermanja

Skont l-Al-Jazeera wieħed mill-ġurnalisti tagħha ġiet arrestat fil-Ġermanja fuq talba tal-Eġittu.
Ahmed Mansour li għandu 52 sena, li jaħdem għas-servizz bl-Għarbi tal-Al-Jazeera, kien miżmum waqt li kien se jaqbad titjira minn Berlin għal Qatar.
Skont il-Pulizija Ġermaniża, l-awtoritajiet Eġizzjani ħarġu mandat ta' arrest internazzjonali għal Mansour.
Kien hu stess li fuq Twitter kiteb li jinsab arrestat fl-Ajruport ta’ Berlin, jistenna biex jittieħed quddiem maġistrat.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ midja internazzjonali li l-Eġittu qed jakkużaw lill-Mansour b’diversi atti kriminali, iżda ma semmiex dettalji.
Is-sena li għaddiet, Qorti fl-Eġittu tat lil Mansour sentenza ta’ 15-il sena priġunerija fuq akkużi ta’ tortura.